Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Tintlagħab il-kategorija tad-Doubles

Il-ġimgħa li għaddiet intlagħabu d-doubles tal-irġiel u nisa fil-kampjonati nazzjonali tal-Malta Table Tennis Association. Fis-sezzjoni tal-irġiel, suċċess għal Andrew Gambina li flimkien ma’ Daniel Bajada għelbu 3-1 lil Gabriel Grixti u Isaac Grixti.

Fis-sezzjoni tan-nisa, Anthea Cutajar kompliet bil-mument pożittiv tagħha fejn wara li fil-ġranet li għaddew rebħet il-kategorija singles, kellha wkoll suċċess fid-doubles meta flimkien ma’ Sascha Genovese għelbu lil Rachel Mifsud u Sabine Darmanin 3-1.

Matul dawn il-kampjonati nazzjonali, wieħed seta’ jara l-potenzjal tal-atleti Maltin li xi wħud minnhom se jkunu parti mit-tim nazzjonali Malti li se jieħu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru f’Malta fid-29 ta’ Mejju.