Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema

Anzjana ta’ 65 sena residenti l-Gżira weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodufi Triq il-Kulleġġ l-Antik kantuniera ma’ Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li anzjana ta’ 65 sena residenti l-Gżira, intlaqtet minn Isuzu Elf li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.