Lokali

L-importanża tal-edukazzjoni u l-bżonn ta’ aktar taħriġ fost il-punti li tqajmu mill-imsieħba soċjali

Dalghodu il-Partit Nazzjonalista laqqa’ lill-imsieħba soċjali għal Business Breakfast

“Nemmnu li l-Ħaddiem huwa il-ħolqa tal-Ekonomija tagħna. Irridu naħdmu qrib l-esperti, l-unions u l-istakeholders sabiex verament inkunu nistgħu nifhmu l-isfidi li qed naffaċjaw bħala pajjiz.”

Dan qalu id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Castillo waqt Business Breakfast illi sar it-Tlieta filgħodu organizzat mill-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Nagħtu s-saħħa lill-Ħaddiem’.

“Aħna qed nirrikorru għandkom l-esperti, biex flimkien nibnu vizjoni nazzjonali ħalli nifhmu fejn għandu jmur dan il-pajjiz. Irridu nofru l-għoddod neċċessarji lil uliedna u liz-zgħazagħ tagħna sabiex jikbru u jitgħallmu ħalli jwettqu l-ħolm tagħhom.”

“X’qed joffru l-pajjizi barra minn Malta, li mhux joffri dan il-pajjiz? Qegħdin nagħtu bizejjed għajnuna lin-negozji?”

Ivan Castillo tenna li “id-determinazzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija ferm akbar minn dawn l-isfidi li qed jaffaċjaw il-ħaddiema, il-familji u zgħazagħ Maltin. Jien flimkien mal-Partit Nazzjonalista se nkunu qed nitilqu minn hawn bl-għodda biex nindirrizaw dawn l-isfidi.”

Minn naħa tiegħu, Andrew Azzopardi id-dekan tal-Fakultá tat-Tisħiħ tas-Soċjetá fl-Universitá ta’ Malta, tkellem fuq l-isfidi li qed isibu ma’ wiċċhom it-tfal u l-ġenituri, minħabba l-ħajja mgħaggla li qed ngħixu fiha.

Tkellem ukoll fuq il-kaz ta’ Jean Paul Sofia, iz-zagħzugħ li tilef ħajtu meta ntraddam taħt il-ġebel tal-konkrit f’Diċembru li għadda. Andrew Azzopardi saħaq li flok smajna l-karba ta’ ommu għal ġustizzja, ma tajnix kasha.

Tkellem ukoll fuq il-ligijiet li jirregolaw is-sigurtá fuq il-post tax-xogħol. 

“Il-partit politici mhux qegħdin hemm biex jizkuzaw lil min jitħanzer. Il-Maltin u l-ħaddiema għandhom ikunu prottetti. Ejjew nagħmlu sforz biex jum il-ħaddiem ma nidrawhx.”

Minn naħa tiegħu, Gejtu Vella li huwa konsulent fil-qasam tar-Relazzjonijiet Industrijali tkellem fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

“Ġibna l-ħaddiema, izda zidna l-valur mizjud? Dan għadnu jsir jekk wieħed irid ikabbar l-ekonomija tal-pajjiz.”

Gejtu Vella sostna li prezentament f’pajjizna, “qegħdin naħdmu f’sitwazzjoni free for all, min jiflaħ iħawwel u iz-zgħir, il-bambin biss jista’ jgħinu.”

Vella kompla billi qal li jekk verament nemmnu fid-dinjitá tal-ħaddiem, il-ħaddiem irid jingħata dak li jistħoqqlu. Igifieri dak li hu tiegħu nagħtuwulu bis-serjetá.” Il-paga minima ssemiet kemm il-darba. Kemm se ndumu nisħqu fuq il-paga minima?”

Gejtu Vella tkellem ukoll dwar ir-rata tal-inflazzjoni u ddeskriviha bħala monstru – “Għalhekk ma jistax ikollna zieda li tkompli titfa’ lura lill-ħaddiem. Jekk m’hu se jsir xejn, in-numru ta’ nies li qed jgħixu fil-poverta se jkompli jizdied, u pajjizna ma jixraqlux dan.”

Tkellem ukoll ic-Chairman tal-MCESD David Xuereb dwar il-valuri tal-ekonomija ta’ pajjizna. Huwa saħaq li min iħaddem, irid jħares il-valuri ta’ pajjizna, u niffukaw fuq l-uman. “Jekk iridu ħaddiema li jikontribwixxu, iridu ninvestu fil-ħiliet tal-ħaddiema.”

Minn naħa tiegħu, il-Kap ezekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella sostna li pajjizna irid isib il-formula sabiex il-ħaddiem jkun jista’ jingħata l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol. “Irid naraw kif se nkabbru l-produttivitá.”

Vella tkellem dwar il-COLA. “Il-COLA m’għandhix nibqgħu nintaxxawha u għalhekk appella lill-Gvern biex f’dan il-mument ta’ krizi minħabba l-inflazzjoni, naraw kif se ngħinu lill-ħaddiem ħalli r-rota tibqa’ ddur.”

Waqt l-intervent tieħu, il-President tal-Kamra tal-Intraprizi Zgħar u Medji Paul Abela tkellem dwar l-investiment li għandu jsir fl-ekonomija ta’ pajjizna. Huwa appella sabiex nattiraw investiment li jkun sostenibbli, għaliex l-ekonomija hija importanti.

Minn naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti Maltin Tony Zahra qal li pajjizna qed jonfoq il-flus imma mhux qed jinġiebu r-rizultati meħtieġa.

Tony Zahra sostna li l-partiti politiċi iridu jiddeċiedu fejn irid imur pajjizna, mhux l-intraprizi. Il-politici qegħdin hemm biex jagħtu direzzjoni.

Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li d-dinja tax-xogħol qegħdha tinbidel ta’ kuljum. “X’ħajja qegħdin ngħixu fiha llum? Ngħixu biex naħdmu? jew naħdmu biex ngħixu?” Bugeja qal li jekk l-inflazzjoni se tkompli tizdied, il-ħaddiem ser ikollu inqas flus fil-but, u l-employers se jkollhom iħalsu izjed COLA.

“Għad għandna employers li għadhom qed jagħmlu differenza bejn is-sessi.” – Bugeja zied jgħid li din is-sitwazzjoni fejn mara li tagħmel l-istess xogħol ta’ raġel, prezentament qegħdha titħallas inqas hija inaċċetabbli. Il-politici iridu jaraw b’liema valur qegħdha timxi s-soċjetá tagħna.

Minn naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Chris Vassallo Cesario sostna li min iħaddem għandu japprezza lill-ħaddiem tiegħu kuljum, u mhux f’jum il-ħaddiem biss.

Vassallo Cesario tkellem dwar l-importanza li l-istudenti jingħataw edukazzjoni mill-aqwa sa minn etá zgħira sabiex ikunu mħarrġa bizejjed u preparati għad-dinja tax-xogħol.

Tkellem ukoll Joseph Farrugia, id-direttur tal-Assocjazzjoni ta’ Min Iħaddem, fejn qal li huma konxji dwar l-importanza tal-benesseri soċjali flimken għat-tkabbir tal-ekonomija.

“Iridu nimxu għal-xogħlijiet ta’ valur aktar għoli, għaliex prezentament is-socjetá tagħna hija bbazata fuq ekonomija ta’ cheap labour. Mal-imsieħba soċjali l-oħrajn, dan huwa jum li niċċelebraw id-djagolu soċjali, għaliex permezz ta’ dan id-djalogu, iċ-ċittadin kapaci jgawdi.

Martin Balzan f’isem il-FORUM Unions Malta minn naħa tiegħu qal li l-iktar ħaġa li qed tħalli impatt fuq il-kwalitá tal-ħajja huwa l-prezz tal-proprjetá li fl-aħħar snin spara ‘l fuq.

“Il-prezz tal-proprjetá qed jitfa’ l-petrol fuq in-nar.” Ma rridux nindirizzaw biss il-problema tal-minimum wage, izda l-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol.

Dwar il-finanzjament tal-partiti politici, Balzan qal li l-partiti politici għandhom ikollhom il-lealtá tagħhom lejn il-poplu, u mhux lejn l-interessi personali tagħhom.

Claudette Mintoff, ir-rapprezentanta tal-MUT qalet li trid tingħata aktar importanza lill-edukaturi, u lis-settur tal-edukazzjoni.

“Bħala soċjetá iridu naħdmu sabiex jingħata aktar rispett lejn l-edukaturi. Iridu nittrattaw lill-edukaturi bħala professjonisti. L-edukaturi huma dawk in-nies li jkunu ta’ kuljum mal-istudenti, mela alura ejjew nisimgħu lil dawn l-edukaturi.”