Sport Sport Ieħor

Darts: Tim A Floriana Ajax jitilgħu fil-quċċata

Tim A Floriana Ajax X Clean telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat 8-a-side tal-Malta Darts Association, meta għelbu lil Top Gun Marsa 7-1. Floriana Ajax ħadu vantaġġ mir-riżultati l-oħra li kienu favurihom wara li Fgura Kenky ħolqu sorpriża oħra meta għelbu lil Education San Gejtanu 5-3 barra minn darhom.

Tim A Ħamrun Bayern baqgħu wara Floriana Ajax fejn issa jinsabu erba’ punti biss bogħod mill-quċċata wara rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Sliema Inter Darts Club. Tim B Ħamrun Bayern f’partita miftuħa għal kull riżultat, għelbu 5-3 lil Manchester Conquest Pub.