Żurrieq għaddew għas-semifinali tal-E & L Futsal Trophy meta ftit sabu diffikultà sabiex għelbu lil Malta Veterans 8-1.
Kif jindika l-iskor, Żurrieq iddominaw il-partita filwaqt li wrew l-intenzjonijiet tagħhom sa mill-bidu fejn sa tmiem l-ewwel taqsima kellhom vantaġġ ta’ 3-0.
Fit-tieni taqsima, it-tim immexxi minn Boycho Marev kompla jiddetta sabiex ikun ċert li jasal għal mal-aħħar erbgħa tat-tieni l-aqwa kompetizzjoni tal-futsal lokali.
David Ferreira de Almeida skorja tlett gowls, Jose Mario Mendes skorja darbtejn filwaqt li Gabriel Ghigo, Armando Gjepali u awto-gowl ta’ Timothy Ellis skorjaw il-bqija tal-gowls għal Żurrieq.
Daniele Degannaro skorja l-uniku gowl għall-Malta Veterans.
Matul din il-ġimgħa jkomplu l-kwarti tal-finali fejn għada tintlagħab il-partita ferm mistennija bejn Luxol u Swieqi filwaqt li nhar il-Ġimgħa St George’s jilagħbu kontra l-Università ta’ Malta.
//= $special ?>