Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li għal 11-il sena, il-gvern Laburista m’għamel xejn biex jirregola l-industrija tal-kostruzzjoni u baqa’ ma implimentax proposti tal-PN u tal-għaqdiet involuti f’dan is-settur.
Toni Bezzina qal li l-kostruzzjoni tipprovdi saqaf għal kulħadd u sors ta’ għajxien għal diversi ħaddiema. Hu sostna li din l-industrija għandha tkun regolata kif suppost biex ma jkunx hemm korrimenti u inċidenti li jwasslu anki għall-mewt. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll garanziji għal dawk li jgħixu ħdejn siti li jkunu qed jitwaqqgħu u jinbnew.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien gvern Nazzjonalista li għandhom l-Att dwar il-Regolamentazzjoni tal-Bini fl-2011 meta twaqqaf uffiċċju li jirregola din l-industrija. Kien il-gvern Laburista li għal diversi snin bejn l-2013 u l-2019 m’għamel xejn biex jirregola din l-industrija biex ma jsirx inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Kien biss wara li nqalgħu l-inċidenti li l-gvern Laburista ddeċieda li jieħu passi.
Toni Bezzina kompla li hux minnu li l-PN m’għamilx proposti dwar dan is-settur għaliex fil-fatt il-PN kien appoġġja d-deċiżjoni li jkunu mwaqqfa x-xogħijiet meta kien hemm diversi inċidenti.
Minbarra dan il-PN għamel diversi proposti fosthom li jsir reġistru tal-kuntratturi dwar il-kompetanza u s-servizzi li joffru; kien il-gvern li ħela erba’ snin meta ma daħħal din il-liġi qabel. Il-PN kien ippropona wkoll li jsir it-taħriġ li min ikun involut f’din l-industrija u biex ikun hemm il-liċenzji neċessarji f’dawn ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN kien ippropona wkoll biex ikun hemm ħarsien iktar fis-siti tal-kostruzzjoni u li tissaħħaħ il-BCA. Dan billi jkun hemm budget ikbar, iktar faċilitajiet u tisħiħ fir-riżorsi.
Il-persuni li jkunu f’din l-aġenzija għandu jkollhom pakkett finanzjarju attraenti, sostna Toni Bezzina, li l-PN kien ippropona konsultazzjoni mal-MCAST u mal-università biex ikunu stabbiliti sistema biex persuni jassumu r-responsabbiltajiet ta’ managers fl-industrija tal-bini.
Proposta oħra tal-PN kienet li jingħata appoġġ lil dawk milquta mill-inċidenti tal-kostruzzjoni, sostna Toni Bezzina, li kompla li l-gvern għandu obbligu li jappoġġja lil dawn in-nies. Il-PN kien ippropona li l-BCA ikollha rappreżentanza tal-poplu biex b’hekk ikun jista’ jwassal it-tħassib taċ-ċittadini
Id-deputat Nazzjonalista kompla li anki l-Kamra tal-Periti ressqet diversi proposti erba’ snn ilu fosthom li jkun imniedi qafas ta’ regoli li jitratta l-funzjonijiet atd-dipartimenti biex jinġiebu taħt il-BCA. Dawn bdew isiru erba’ snin wara, sostna Toni Bezzina, li kompla li proposti oħra kienu dwar klassifikazzjoni u taħriġ tal-ħaddiema u l-kuntratturi. Sa Ottubru tal-2019, dawn il-proposti kellhom jidħlu fis-seħħ iżda kien wara erba’ snin li l-gvern beda jimplimenta xi proposta.
Toni Bezzina sostna li f’10 snin, il-gvern Laburista m’għamel xejn u kompla li l-gvern injora wkoll il-proposti li sarulu mil-MDA. Hu kompla li hemm bżonn li jiddaħħlu diversi liġijiet oħra biex l-industrija tal-kostruzzjoni tkun regolata.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-PN għamel konsultazzjoni mal-partijiet kollha involuti f’dan is-settur u kompla lil-PN qed jinsisti wkoll li l-proċess ta’ liċenzjar ikun trasparenti u jsir minn professjonisti li jkunu kompetenti fil-qasam. Dawn għandhom ikunu irtiraw mis-settur biex żgur ma jkunx hemm dubji dwar ir-rettezza.
Hu kkritika n-nuqqas ta’ nies fil-BCA u appella biex il-BCA tingħata l-finanzjaament neċessarju beix iktar nie sikunu attriati lejn din l-aġenzija. L-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia għandha ssir biex ikunu evitati iktar inċidenti u jittieħdu t-tagħlimiet, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>