“”Il-Partit Nazzjonalista irid jibni l-viżjoni tiegħu fuq ekonomija bbażata fuq il-valur”
Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt il-Business Breakfast li ġie organizzat mill-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Nagħtu s-saħħa lill-Ħaddiem.’
“Il-ħaddiem huwa uman – persuna, mhux biss il-ħolqa tal-ekonomija, u l-ħaddiem ma għandu l-ebda prezz,” tenna Bernard Grech.
Bernard Grech qal li il-pajjiz għandu bżonn direzzjoni waħda u flimkien iridu naħdmu id f’id għal ġid tal-pajjiz. “Kulħadd huwa bżonnjuż u kulħadd huwa neċessarju. Ilkoll iridu naraw fejn se naslu. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista tiġi mfassla permezz ta’ dawn il-laqgħat mall-imsieħba soċjali.”
Bernard Grech qal li meta nitkellmu dwar l-ekonomija, iridu nkunu ċari x’tip ta’ ekonomija iridu nistabilixxu għal pajjiżna.
Dwar il-kwalitá tal-ħajja, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-bniedem għandu d-dritt li jgħix b’dinjitá, u jkollu paga tajba, pero jrid ikollu wkoll ikollu s-serenitá, is-serħan tal-moħħ u s-sigurtá.
“Irridu nitkellmu dwar il-kwalitá tal-ħajja li ma tinvolvix biss il-flus. Iridu nitkellmu dwar il-kwalitá tal-effettivitá tal-paga, għaliex x’jiswa li ħaddiem ikollu paga li ma tlaħħaqx mal-ħajja?” Bernard Grech qal li l-ħaddiem għandu jkollu paga li tlaħħaq mal-għoli tal-ħajja, biz-zieda fil-prezz tal-propjetá qed tħalli impatt fuq kulħadd speċjalment fuq iż-żgħażagħ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li pajjizna għandu jkollu ekonomija li fil-policy ewlenija tagħha, ikun hemm priċipji ibbażati fuq l-ESG – fatt li l-Partit Nazzjonalista ilu jitkellem dwarha xhur sħaħ, u kien inkludiha wkoll fil-manifest elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tas-sena li għaddiet.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-importanża tal-edukaturi. “L-edukaturi huma l-gwardjani tat-tfal tagħna u għandhom jingħataw rispett u importanza kbira fis-soċjetá.”
“Għall-Partit Nazzjonalista, il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija u tal-pajjiż kollu. Id-direzzjoni hija mportanti, u filwaqt li nibqgħu nemmnu fil-bżulija tal-ħaddiem, pajjizna ma jistax jimxi l’quddiem sakemm intejbu l-work force.”
“Aħna se nibqgħu mhux biss nitkellmu imma nwettqu flimkien għal ġid ta’ kulħadd il-politika ta’ kwalitá ta’ ħajja aħjar. Aħna se nkomplu nikkonsultaw ħalli din il-politika nkomplu naġġornawha u għalhekk ejjew nkomplu nikomperaw u nkomplu nikkordinaw bħal organi fil-ġisem għaliex ilkoll għandna interess wieħed, li nagħtu s-saħħa lill-ħaddiem. “
Preżenti għal dan il-Business Breakfast kien hemm l-imsieħba soċjali minn oqsma differenti, id-deputati tal-Partit Nazzjonalista Ryan Callus, Ian Vassallo Hagi, David Agius, Claudette Buttigieg u Ivan Castillo, u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino.
//= $special ?>