Eve Borg Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet li l-Prim Ministru Robert Abela mhux qed ikun ġenwin meta jibqa’ jirrifjuta inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia u jsostni li inkjesta maġisterali tissostitwixxi inkjesta pubblika.
Fil-parlament Eve Borg Bonello qalet li ftit qed ikun hemm infurzar u sostniet li fis-soċjetà hemm ġungla li fiha dak li jkun diskuss fil-parlament ma jiswa xejn għax l-istess erba’ cowboys jibqgħu jagħmlu li jrid. Hi semmiet lil omm Jean Paul Sofia li ngħaqdet ma’ Carmel Pace, ir-raġel ta’ Miriam Pace; żewġ vittmi ta’ inċidenti fil-kostruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-Prim Ministru ma jridx li ssir inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia u qalet li anki żagħżugħ li tella’ banner għal sieħbu Jean Paul kien arerstat. Il-Prim Ministru kellu l-wiċċ jiffaċċja lil omm Jean Paul Sofia u attakka lill-ġudikatura, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-Prim Ministru mhux ikun ġenwin għaliex inkjesta pubblika mhix l-istess bħal inkjesta maġisterjali.
Hi enfażizzat id-distinzjoni bejn iż-żewġ inkjesti u qalet li inkjesta pubblika ma twassalx għal responsabbltà kriminali iżda tiffoka fuq responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet. Dan biex qatt ma jkun hawn Jean Paul Sofia ieħor, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li spejgat kif inkjesta maġisterjali mhix pubblika u l-familjari lanqas ikunu jafu dak li qed isir. Iż-żewġ inkjesti huma importanti iżda inkjesta maġisterjali ma tissostitwix inkjesta pubblika, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
Eve Borg Bonello sostniet Isabelle Bonnici qed tinsisti wkoll li kull mewt fuq il-post tax-xogħol ikun investigat minn inkjesta pubblika kif isir fl-Ingilterra.
//= $special ?>