Futbol Sport

It-tim tal-Youths ta’ Ħamrun Spartans inkurunati champions ta’ Sezzjoni A

(Ritratt: Joseph Galea)

Ilbieraħ fil-Ħamrun komplew aktar ċelebrazzjonijiet hekk kif l-iskwadra tal-Youths ta’ Hamrun Spartans rebħet Sezzjoni A, u propju lbieraħ saret il-preżentazzjoni tat-trofew fil-Victor Tedesco Stadium.

Fl-aħħar partita tal-Kampjonat, it-tim taħt it-tmexxija tal-eks plejer internazzjonali Malti Stefan Sultana temm fi draw ta’ 1-1 kontra Balzan. Madankollu, il-Ħamruniżi kienu diġa’ aċċertaw mir-rebħ ta’ dan il-Kampjonat bħal-lum ġimgħa, meta lagħbu kontra Hibernians u kisbu dro ieħor ta’ 1-1. Dan ir-riżultat fisser li Hamrun Spartans kienu rebħu l-Kampjonat tal-Youths Sezzjoni A b’mod matematiku u għat-tieni sena konsekuttiva.