INTERVISTI:
‘Dejjem emmint li kellna biex nirbħu l-Kampjonat b’dan il-mod’
- Joseph Portelli, President Ħamrun Spartans FC
‘Minn dejjem emmint f’dan il-grupp ta’ players u llum qed nieħu l-premju ta’ dak li ħdimt għalih’ Dawn kienu l-ewwel kliem li lissen il-President ta’ Hamrun Spartans Joseph Portelli hekk kif it-tim tiegħu ġie mogħti t-trofew tar-rebħ tal-Kampjonat wara l-aħħar logħba kontra Gudja United. Portelli kompla hekk. ‘ Kien hemm għaqda kbira fost il-players u l-istaff tekniku u dak kien kruċjali. Iżda minbarra dan kien hemm għaqda kbira fost il-membri tal-kumitat u l-grupp ta’ mijiet ta’ volontiera li b’hekk kompla jagħmel ix-xogħol tagħna aktar faċli. Dejjem emmint li kellna biex nirbħu l-Kampjonat bil-mod kif irbaħnih. Diżappunt biss li tlifna dik il-logħba kontra Żebbuġ Rangers għax kieku konna nirbħu l-Kampjonat mingħajr telfa. Imma mill-banda l-oħra dak huwa s-sabiħ tal-futbol. Issa l-attenzjoni tagħna hija mmirata lejn il-kompetizzjonijiet tal-Ewropa fejn jibqa’ t-tir tagħna li mmorru pass oltre’ minn dak tas-sena l-oħra fejn nikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi.’
‘Din kienet l-aħħar partita tiegħi ma’ Hamrun’
- Branko Nisevic, kowċ Hamrun Spartans FC
‘Ninsab kuntent li wasalna li rbaħna l-Kampjonat b’dan il-mod. Kelli grupp ta’ players tajbin u magħqudin fejn dejjem imxew mal-pjan tattiku tiegħi’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Hamrun Spartans Branko Nisevic fi tmiem il-partita kontra Gudja United. Nisevic tkellem ukoll dwar il-futur tiegħu fejn stqarr dan. ‘Din kienet l-aħħar partita tiegħu fit-tmexxija tat-tim Hamruniż. Ftit tal-ġimgħat ilu l-Kumitat ta’ Hamrun Spartans wasal għal din id-deċiżjoni li minkejja li ma’ nafx x’inhi r-raġuni imma nirrispettaha. Nemmen li ser ikun hawn players li jitilqu u players ġodda li jingħaqdu mal-klabb tal-Ispartans. Naħseb li jekk jagħmlu x-xogħol t-tajjeb b’xi ftit tibdil, dan it-tim jinsab lest sabiex jikseb post fil-fażi tal-gruppi fl-Ewropa. Rigward il-futur tiegħi għadu kmieni biex niddeċiedi dwar dan imma tibqa’ dejjem il-ħolma li mmur nikkowċja barra minn Malta.’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans * | 26 | 69 |
Birkirkara ** | 26 | 50 |
Gżira United ** | 26 | 48 |
Mosta | 26 | 46 |
Hibernians | 26 | 46 |
Balzan | 26 | 46 |
Valletta | 26 | 37 |
Floriana | 26 | 37 |
Sirens | 26 | 33 |
Gudja United | 26 | 29 |
Marsaxlokk | 26 | 25 |
Santa Lucia *** | 26 | 15 |
Żebbuġ Rangers **** | 26 | 14 |
Pietà Hotspurs **** | 26 | 12 |
** Kwalifikazzjoni Ewropa
*** Play Off
****Relegat
L-AQWA SKORERS | GLS |
Jefferson De Assis (Gżira United) | 20 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 18 |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 14 |
Angel Torres (Balzan) | 14 |
Enzo Cabrera (Birkirkara) | 13 |
Jake Grech (Hibernians) | 13 |
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 11 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 11 |
Christ Ememe (Mosta) | 10 |
Zachary Brincat (Mosta) | 10 |
LOGĦOB LI JMISS
IZIBET FA TROPHY
It-Tlieta 25 ta’ April, 2023
Stadium Nazzjonali:
7.00pm – M’Xlokk vs Gżira Utd.
L-Erbgħa 26 ta’ April, 2023
Stadium Nazzjonali:
7.00pm – B’Kara vs Mosta
//= $special ?>