Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo sosta fil-parlament li jeħtieġ investiment qawwi fit-taħriġ u l-ħiliet tal-ħaddiema fil-kostruzzjoni.
Ivan Castillo qal li fl-2015, l-gvern wiegħed li kull ħaddiem li jaħdem f’dan is-settur se jkollu bżonn skills card biex jaħdem. Hu kompla li hawn ħafna sidien li investew ħafna flus biex il-ħaddiema jkollhom l-iskills card. Id-deputat Nazzjonalista sostna li dan hu investiment fil-ħaddiem minn sidien serji li qed jitolbu li jkollhom rifużji fit-taxxa.
Ivan Castillo staqsa kemm hemm ħaddiema mit-13,000 li jaħdmu f’dan is-settur li għandhom skills card għaliex jidher li hemm biss 600 li għandhom skills card.
14.1 fil-mija ta’ min iħaddem jaħdmu wkoll f’dan is-settur, sostna Ivan Castillo, li semma’ li hemm diversi perikli ta’ ħaddiema barranin li jmorru mill-ewwel fuq il-post tax-xogħol dritt mill-ajruport.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ lid-diversi ħaddiema Maltin u barranin li fl-aħħar snin mietu f’siti tal-kostruzzjoni u qal li l-parlament għandu responsabbiltà lejn dawn in-nies u l-familji tagħhom.
Spiċċa ż-żmien tal-cowboys, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-awtoritajiet għandhom ir-riżorsi biex iwettqu skrutinju. L-iskills card għandha tkun iktar flessibbli b’investiment ikbar fir-riżorsi partikolarment minħabba n-nuqqas ta’ ħiliet li hawn. Il-ħaddiema għandu jkollhom l-assigurazzjoni neċessarja biex ikun hemm serħan il-moħħ.
Il-pajjiż għandu l-ogħla rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola, sostna Ivan Castillo, li kompla li jeħtieġ ir-rieda politika biex jittieħdu l-miżuri neċessarji fejn meħtieġ.
//= $special ?>