Il-President Amerikan Joe Biden dalgħodu kkonferma li se jerġa’ jikkontesta għal terminu ieħor fit-tmexxija, flimkien mal-Viċi President Kamala Harris.
Biden, li għandu 80 sena, għamel din id-dikjarazzjoni permezz ta’ video illi fih uża l-islogan “Let’s finish the job“.
Hu mifhum li għall-għażla tad-Demokratiċi, Joe Biden mhux mistenni jkollu wisq kompetizzjoni mill-partit tiegħu stess. Għalkemm survey riċenti tal-istazzjon NBC wera li nofs id-Demokratiċi ma rieduhx jerġa’ jikkontesta.
Il-ġirja għall-White House tibda mis-Sajf illi ġej b’numru ta’ dibattit televiżivi, sabiex imbgħad fil-bidu tas-sena d-dieħla jsiru dawk li huma magħrufa bħala Primaries – fi kliem sempliċi, l-elezzjonijiet interni tad-Demokratiċi u r-Repubblikani.
//= $special ?>