Graziella Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostna li kull liġi li ssir fl-industrija tal-kostruzzjoni għandu jkollha l-iskop li tnaqqas ir-riskj.
Fil-parlament Graziella Galea qalet li l-bidiet li jsiru jridu jkunu effettivi u sostniet li għandu jinstab bilanċ bejn kull awtorità biex kollha jkollhom rwol definit tagħhom. Hi kompliet li r-rwoli għandhom ikunu komunikati lil kulħadd biex ma jkunx hemm diffikultajiet.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet id-diversi awtoritajiet involuti f’dan is-settur u r-rwol li kull waħda minnhom twettaq fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar, l-OHSA, l-ERA, l-STH, il-BICC u l-BCA. Jeħtieġ li kull persuan fuq is-sit tal-kostruzzjoni tkun tifhem ir-rwol differenti tagħha. Hi tkellmet fuq l-importanza tax-xogħol ta-kuntratturi u tal-bennejja.
Il-BCA għandu jkollha n-numru ta’ persuni biżżejjed biex twettaq ix-xogħlijiet tagħha, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li saru diversi tentattivi ta’ kontroll fuq il-bini għal diversi snin.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet kif fl-aħħar snin żdiedu l-pressjonijiet fuq l-entitajiet involuti fis-settur fejn qed ikun hemm interpretazzjonijiet differenti dwar il-mod kif qed jinbena l-bini b’ikar sulari.
Graziella Galea kompliet li għandu jkun hemm iktar informazzjoni dwar ir-rwol tal-BICC minħabba li issa se jitwaqqaf Kunsill Konsultattiv ġdid. Hi appellat biex ma jkunx hemm duplikazzjoni tar-rwoli u sostniet li l-iskop ta’ kull liġi għandu li jitnaqqsu r-riskji wara d-diversi każi li seħħew fil-kostruzzjoni. Jeħtieġ kuxjenza pubblika, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet x’qed jaħbi l-Prim Ministru meta jibqa’ jirrifjuta li jagħmel inkjesta pubblika.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandu jkun assigurat li l-vittmi jkunu l-inqas possibbli.
//= $special ?>