Futbol Sport

Luciano Zauri f’diskussjonijiet avvanzati biex isir kowċ ta’ Ħamrun Spartans

ESKLUSSIVA | Luciano Zauri hu wieħed mill-ismijiet li qed ikun ikkonsidrat mit-tmexxija ta’ Hamrun Spartans Football Club bħala l-kowċ suċċessur ta’ Branko Nisevic.

Il-paġna Replay tista tikkonferma li f’dawn l-aħħar jiem, iċ-champions il-ġodda Maltin bdew jikkonsidraw numru ta’ ismijiet ta’ kowċis Taljani, u isem l-eks plejer internazzjonali Taljan u captain ta’ S.S. Lazio, Zauri jidher li hu fost l-aktar, jekk mhux l-aktar isem li qed jinteressa lill-Ispartans f’dan il-mument.

Is-sorsi li tkelmu magħna saħansitra qalulna li n-negozjati bejn iż-żewġ naħat rispettivi huma fi stadju avvanzat.
Din hija storja li qed tiżviluppa.