Lokali

Malta bl-inqas żieda fil-pagi fl-Ewropa

Pajjiżna għadu qed joffri pagi baxxi meta kumparat mal-bqija tal-Ewropa. Dan johroġ ċar minn statistika li ġiet preżentata it-Tlieta waqt konferenza tal-Anti Poverty Forum … li trattat l-inflazzjoni f’Malta.

Is-Soċjologu Michael Briguglio semma’ kif il-medja tal-inflazzjoni f’Malta hija għola min dik taż-żona ewro. U spjega kif l-inflazzjoni taffetwa nies ta’ klassi differenti b’mod differenti.

Briguglio għamel referenza ghall-fatt li l-inflazzjoni l-iżjed li qeda taffetwa huma l-prodotti essenzjali u l-propjeta’. Hu semma kif 20% tal-popolazzjoni mhumiex sid ta’ darhom…. u li saret iżjed diffiċli, jekk mhux impossibli, biex tieħu u tħallas lura loan.

Rigward id-dħul finanzjarju, semma kif skont statistika tal-Eurostat Malta esperjenzat l-inqas żieda ta’ pagi fl-Ewropa. Dan ikompli jżid il-problema tal-għoli tal-ħajja, hekk kif l-għoli tal-ħajja saret l-ikbar tħassib fost il-Maltin, b’61% huma l-iżjed imħassba fuq iż-żieda tal-prezzijiet.

Tkellem ukoll id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo illi semma kif minkejja li l-inflazzjoni ilha problema, qatt ma sar xejn dwarha.

Ivan Bartolo għamel referenza għal esperjenzi personali li hu kellu meta jmur house visit, u verament jara l-problemi finanzjarji li n-nies jgħaddu minnhom. Semma wkoll kif l-inflazzjoni qegħda tkompli żżid il-faqar f’pajjiżna.

Iż-żewġ kelliema semmew kif il-problema tal-inflazzjoni qegħda tolqot lil kulħadd, iżda ċertu persuni fis-soċjeta qegħdin jiġu mċaħħdin mill-iżjed affarijiet essenzjali.