Rowen Camilleri
MARSAXLOKK….1 (5)
GŻIRA U…………….1 (4)
Marsaxlokk: M. Drobnjak, A. Attard (T. Vella 104’), P. Xuereb (E. Uzeh 61’), S. Ferraris, J. C. Aguillar, O. Carniello, L. Aguirre, R. Scicluna, S. Moracci (K. Keqi 110’), D. Vukovic, T. Fonseca (V. Sanogo 83’)
Gżira U: D. Zarkov, G. Bohrer, L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani (B. Borg 91’), Z. Scerri, L. Riascos (Macula 62’), T. Kolega, M. Cosic, J. De Assis, J. Mendoza
Skorjaw: J. De Assis 15’ (G), L. Aguirre 27’ pen (M)
Penalties: G. Bohrer, J. Mendoza, M. Cosic, Macula, (G), L. Aguirre, K. Keqi, S. Ferraris, J. C. Aguillar, T. Vella (M)
Imwissija: P. Xuereb 36’, T. Fonseca 67’, R. Scicluna 78’, V. Sanogo 92’, D. Vukovic 99’, J. C. Aguillar 121’ (M), L. Riascos 41’, J. Mendoza 100’, N. Muscat 106’ (G)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Roberto Vella u James Muscat
Marsaxlokk kontra kull mistenni huma l-ewwel finalisti tal-IZIBET FA Trophy wara li eliminaw lil Gżira United bl-għoti tal-penalties. L-iskor sal-120 minuta kien dak ta’ 1-1 bil-gowls jaslu kollha fl-ewwel taqsima tal-partita.
L-ewwel azzjoni perikoluża waslet wara disa’ minuti minn Gżira meta l-kross insidjuż ta’ Kolega ma kienx milqut tajjeb bir-ras minn l-aqwa skorer tal-kampjonat Jefferson De Assis li minn quddiem Drobnjak falla ċans li jiftaħ l-iskor kmieni fil-partita.
Gżira marru fil-vantaġġ mal-kwarta logħob meta kien kross preċiż ta’ Zachary Scerri li sab lil Jefferson De Assis fil-post it-tajjeb biex din id-darba laqat il-ballun tajjeb bir-ras u għeleb lil Drobnjak.
Minuta biss wara Mendoza għadda ballun lejn Pisani li avvanza, iżda l-konklużjoni tal-midfielder internazzjonali Malti kienet milqugħa mill-goalkeeper Xlukkajr.
Marsaxlokk b’reazzjoni fil-21 minuta fejn kien cross shot ta’ Aguirre li deher li seta’ jaħsad lil Zarkov bil-ballun jgħaddi ftit barra.
Fl-azzjoni sussegwenti De Assis jimpenja lil Drobnjak b’xutt fil-baxx, bil-goalkeeper Serb ikollu jdawwar f’korner.
Fis-26 minuta Marsaxlokk ingħataw penalty meta l-ewwel kien xutt ta’ Ferraris li Zarkov ma’ ħatafx, bil-goalkeeper ta’ Gzira joħroġ għal ballun u jidher iwaqqa’ lill-attakkant ta’ Marsaxlokk Thiago Fonseca, bir-referee Malcolm Spiteri isaffar il-penalty.
Mill-11-il metru kien Leandro Agiurre li tefa’ wara Zarkov minkejja li dan tal-aħħar immarka l-ballun.
Marsaxlokk ħarġu l-aktar aggressivi fit-tieni taqsima u fl-54 minuta, wara li rċieva mil-lemin Santiago Ferraris prova xutt mill-ewwel li kien devjat f’korer.
Fit-68 minuta De Assis prova xutt minn barra b’Drobnjak jilqa’ b’diffikultà.
L-azzjonijiet fit-tieni taqsima kienu ftit li xejn u bl-iskor sad-90 miuta jibqa’ dak ta’ 1-1, il-partita kellha tmur għal ħin barrani.
L-iskor fil-ħin barrai wkoll baqa’ ma nbidilx biex b’hekk l-ewwel semi finali tal-FA Trophy kellha tmur għall-għoti tal-penalties bit-tim ta’ Marsaxlokk joħorġu rebbieħa 5-4 fejn kien l-attakkant Jefferson De Assis l-uniku plejer li falla l-penalty li kkundanna lil Gżira.
