“L-Unjoni Ewropea hi storja ta’ suċċess għaliex hi bbażata fuq valuri demokratiċi. Iżda m’għandniex nibżgħu li nwettqu r-riformi, li nbiddlu. L-Ewropa li se nħallu lil uliedna hi mmarkata bid-deċiżjonijiet li nieħdu llum.”
Dan qalitu l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola meta indirizzat lill-Ispeakers tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Ewropa fi Praga.
“We have a responsibility, not just towards ourselves and our children, but also towards those that look to the European Union as a beacon of hope, to protect and nurture our values. Now more than ever, must all our energy, strength and resources be directed towards policies that ensure that democracy prevails.“
Roberta Metsola tkellmet ukoll dwar l-ekonomija, u dwar l-importanza li jittieħdu d-deċiżjonijiet li jassiguraw tkabbir ekonomiku li minnu jgawdi kulħadd.
“But it is also true that we have to explain it better, that we have to listen harder. We need to make sure that these changes are cushioned, that our economy and our environment are seen as two sides of the same coin. That is how we return to growth – to real, sustainable growth. We need to invest in our industrial base and manufacturing capacities – this is as much about prosperity, as it is about security.“
Fi Praga, l-President Metsola ltaqgħet ukoll maċ-Chairman tal-Parlament Ukren Ruslan Stefanchuk. Miegħu hi ddiskutiet l-aħħar żviluppi tal-gwerra kif ukoll il-ħidma tal-Parlament Ukren b’rabta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-MEP tal-Partit Nazzjonalista wegħdet l-impenn u l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew mal-poplu Ukren.
//= $special ?>