Rosianne Cutajar trid illi jkunu l-ġurnalisti li jinvestigaw min fil-Labour qiegħed jitħanżer. Kien dan il-mod illi bih Cutajar wieġbet domandi ta’ Net News, waqt li kienet ħierġa mill-Parlament ilbieraħ wara nofsinhar.
Meta affaċjata bil-mistoqsijiet tagħna dwar iċ-chats li kellha man-negozjant Yorgen Fenech, fejn akkużat lil sħabha stess li qed jitħanżru, l-eks deputat Laburista mhux talli ma ċaħditx li qalet dak il-kliem talli qalet lill-crew ta’ Net News biex ninvestigaw aktar.
Rosianne Cutajar ma kinitx kapaċi tispjega għaliex irriżenjat mill-Grupp Parlamentari Laburista, u qaltilna biss biex ingawdu l-ġurnata.
Bħalissa Rosianne Cutajar qed taffaċja żewġ investigazzjonijiet – waħda mill-Kummissarju tal-Istandards u oħra mill-Awditur Ġenerali. Iżda ħadd ma jaf jekk il-Kummissarju tal-Pulizija investigax ir-rigali li hi ħadet mill-imprenditur Yorgen Fenech; akkużat b’kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fenech minn naħa tiegħu qatt ma ċaħad iċ-chats illi ġew żvelati fil-blog tal-ġurnalist u awtur Mark Camilleri.
//= $special ?>