Sport Sport Ieħor

Softball: Heat Baseball bi preparazzjoni għall-Federation Qualifying Cup fil-Polonja

It-tim Malti Heat Baseball bħalissa qed jipprepara għall-Federation Qualifying Cup organizzata mill-World Baseball & Softball Confederation, li se ssir fil-Polonja bejn id-19 u l-24 ta”Ġunju.

It-tim qed ikollu sessjonijiet ta’ taħriġ kontinwi fil-Marsa biex jirfina u jiżviluppa strateġiji effettivi għall-kwalifikazzjoni li għandu quddiemu.

Heat se jkunu qed jilagħbu kontra KS Silesia Rybnik, Athletic Sofia, Georgian Baseball Academy, ATMA – 1991 u London Mets Baseball Club.