Futbol Sport

Wolves pass eqreb li jżommu posthom fil-Premier League

Wolves għamlu pass eqreb lejn it-tragward importanti li jżommu posthom fil-Premier League b’rebħa meritata fil-Molineux Stadium ta’ 2-0 fuq Crystal Palace. Wolves marru fil-vantaġġ wara tliet minuti metea il-corner ta’ Ruben Neves deher imiss lid-difensur ta’ Crystal Palace Joachim Anderson u spiċċa fix-xibka tiegħu stess għal 1-0. Madankollu t-tieni gowl wasal fl-94 minuta meta mill-ħdax-il metru Ruben Neves ma żbaljax għal skor finali ta’ 2-0.

F’Villa Park Aston Villa komplew jibnu fuq il-mixja pożittiva li għaddejin minnha b’rebħa ta’ 1-0 fuq Fulham. L-uniku gowl tal-partita wasal fil-21 minuta meta minn corner ta’ John McGinn kien Tyrone Mings li bir-ras xeħet wara Bernd Leno għal 1-0.

Premier League

Illum: Wolves v C’Palace 2-0, Aston Villa v Fulham 1-0, Leeds v Leicester 1-1
Għada: Nott Forest v Brighton 8.30pm, Chelsea v Brentford 8.45pm, West Ham v Liverpool 8.45pm, Man City v Arsenal 9.00pm