Lokali Qorti

Żagħżugħ li tajjar Bank Manager li spiċċat bi problemi fil-memorja jingħata sentenza sospiża

Żagħżugħ mill-Gżira ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin u sospensjoni tal-liċenzja għall-perjodu ta’ tliet snin wara li nstab ħati li fl-2016 tajjar mara ta’ 50 sena f’Tas-Sliema li kenet qed taqsam minn fuq zebra crossing, li spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Dak iż-żmien il-ħati kien xufier ta’ taxi.

Il-vittma kienet taħdem bħala Bank Manager iżda baqgħet tbati mill-konsegwenzi meta spiċċat ma tafx tikteb, ma taħdimx fil-professjoni li kellha u problemi fil-memorja. Hi spiċċat ukoll tbati biex titkellem u saħansitra kellha titgħallem tagħraf lill-familja tagħha stess.

Tant kemm sofriet mill-inċident ‘l hawn li spiċċat ma tafx tiekol waħdeha, u kellha titgħallem biex tmur sal-bathroom. Mill-provi irriżulta li Renald Aquilina kien għaddej b’veloċità ta’ 110 kilometru fis-siegħa minn Triq ix-Xatt tas-Sliema, liema inċident seħħ fis-16 ta’ Settembru ta’ seba’ snin ilu għall-ħabta tat-8.15pm.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace irriżulta wkoll mix-xhieda l-familja tal-vittma sabet għajnuna sħiħa mill-Bank fejn għada taħdem sal-lum izda issa ma setgħetx tkompli bil-kariga ta Manager, u li iżda b’xi mod qed iċċekcek. Il-mara kienet għamlet xi jiem tiġġieled għall-ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-isptar Mater Dei. Hi kienet intlaqtet minn karozza tal-għamla Peugeot 407, li kienet daħlet ukoll f’vettura oħra li kienet ipparkjata fil-viċin.

L-uffiċjal tal-Pulizija David Sant xehed fit-30 ta’ April, 2019 li fis-16 ta’ Settembru, 2016 kien infurmat li xi ħadd kien ittajjar minn fuq iż-zebra crossing. Qal li l-midruba kient għadha fuq il-post meta mar hu u kienet ittajret minn lane għal oħra.

Il-vettura li kienet tajret lill-midruba kienet mxiet diversi metri wara l-inċident. Huwa ndika ż-żarbuna tal-vittma li kienet fuq il-lane l-oħra minn fejn kien hemm l-vettura tal-imputat. Qal li vettura tal-għamla Citroen li kient ipparkjata u qalgħet daqqa mill-Peugeot u li l-midruba ittajret ħdejn il-Pelican lights.

Sadanittant ir-raġel tal-vittma xehed dwar il-qagħda ta’ martu li spiċċat isofri minn dan l-impatt qawwi u li llum spiċċa b’diżabilita. Noelene Cassar, li ħejjiet Social Inquiry Report ikkonkludiet li għandha tiġi indirizzata l-problema ta’ użu ta’ sustanzi kif ukoll jesplora ghajnuniet psikoligici u psikjatriċi fil-konfront ta’ Renald Aquilina.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-imputat huwa responsabbli għal inċident minħabba nuqqas ta’ hsieb, traskuraġni u nuqqas ta’ tharis tar-regolametni tat-traffiku. Ingħad li rrizżulta b’mod ċar li kien qed isuq go built-up area kif ukoll
meta kien se javvicina ‘Pedestrian Crossing’ bi speed eċċessiv.

Skond l-espert Mario Buttigieg, il-ħati kien qed isuq b’veloċià minima ta’ 110 kilometri fis-siegħa. Riħultat ta’ dan l-istess speed ma setgħax jara dak li kien “ in plain sight” u ma żammx “proper lookout” tas-siwazzjoni. Il-vittma mhux biss kienet fuq il-pedestrian crossing meta giet milquta mill-imputat, iżda intlaqtet eżattament minn fejn suppost
kellha taqsam.

Dan kollu jirrizulta ċar mill-pjanta tal-Perit Richard Aquilina u mir-ritratti tal-kuntistabbli Stefania Cassar li l-mara ttajret fuq il-karreġġjata opposta, oltre ic-central strip. Il-Qorti qalet li fiċ-ċirkostanzi kollha tal-każ l-aħjar piena għandu tkun waħda karċerarja sospiża tenut kont tal-eta’ tal-imputat fil-mument tal-inċident u s-sitwazzjoni tiegħu li ħarġu sew mis-Social Inquery report u s-suġġeriment li jinħareg Treatment Order biex tiġi indirizzata l-problema tiegħu tal-vizzju tad-droga.

Minbarra sentenza sospiża u sospensjoni tal-liċenzja Aquilina ġie mmultat ukoll is-somma ta; 1,200 ewro u li jħallas l-ispejjeż tal-esperti mqabbda mill-Qorti li telgħu għal 1,683.78ċ. Il-Qorti ordnat ukoll li kopja tas-sentenza għandha tiġi notifikata lid-Direttur tal-Probation and Parole. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lara Butters. Għal Aquilina deher l-Avukat Charles Mercieca.