BIRKIRKARA………….4
MOSTA………………….3
Birkirkara: A. Sylla, O. Iorio , E. Pepe (A. Ciolacu 67′), A. Da Paixao Alves, Y. Yankam, P. Mbong, K. Zammit, C. Attard, E. Carbrera, S. Zibo, D. Ribeiro (N. Micallef 85)
Mosta: I. Akpan, R. Briffa (K. Yamazaki 54′), C. Ememe, P. Tenebe, D. Bonnici (C.Okoh 45′), C. Failla, B. Diarra, S. Kingue (F. Dore 83′), J. Vassallo, Z. Brincat, R. Ekani
Skorjaw: D. Ribeiro 43′, E. Cabrera 52′, 80′, 92′ (B), E. Pepe og 60′, M. Chidera 72′, 87′ (M)
Referee:Philip Farrugia
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Jurgen Spiteri
F’partita mill-isbaħ, possibilment l-isbaħ konfront tal-istaġun ,Birkirkara se jkunu l-avversarji ta’ Marsaxlokk fil-finali, meta b’gowl fit-92 minuta minn Enzo Cabrera għelbu lil Mosta 4-3 meta kollox deher li l-partita kienet sejra għall-ħin barrani.
Wara bidu kemmxejn kwiet, l-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Birkirkara ftit qabel in-nofs siegħa logħob meta l-korner ta’ Ribeiro ma kienx imtajjar tajjeb minn Akpan, bil-ballun jasal għand Paul Mbong li iżda ra l-konklużjoni bix-xellug tiegħu tgħaddi għoli.
Fit-32 minuta ċans għal Mosta meta Tenebe rċieva direttament minn throw-in, iżda x-xutt tiegħu kien devjat mid-difensuri tal-Istripes.
Tliet minuti wara Birkirkara ħasbu li marru minn fuq meta Cabrera kompla ġewwa l-pass ta’ Ribeiro, iżda l-assistent referee għolla l-bandiera għal offside.
It-tim immexxi minn Giovanni Tedesco mar minn fuq fit-43 minuta minn kross preċiż ta’ Paixao lejn Ribeiro u l-Brażiljan b’xutt bix-xellug għeleb lil Akpan bl-ewwel taqsima tintemm 1-0 favur Birkirkara.
BIrkirkara kellhom bidu perfett fit-tieni taqsima meta fit-52 minuta rdoppjaw meta Enzo Cabrera kompla għal ġewwa minn pass ta’ Yannick Yankam.
Eżatt mas-siegħa logħob Mosta daħlu lura fil-partita meta kien Failla li tefa’ kross insidjuż li Enrico Pepe prova jtajjar iżda bi sfortuna għaliħ il-ballun spiċċa fix-xibka tiegħu stess.
Minn dak il-ħin ‘il quddiem Mosta bdew jikbru u fit-72 minuta s-sostitut Chidera Okoh ġab il-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras li ma tat l-ebda ċans lil Sylla li jilqa’.
Birkirkara ingħataw penalty kontroversjali u diskutibbli għall-aħħar fit-78 minuta meta Yankam deher jaqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru kien Enzo Cabrera li ma żbaljax u Birkirkara mill-ġdid fil-vantaġġ.
Mosta iżda ma qatgħux qalbhom u fit-87 minuta reġgħu għamlu l-iskor indaqs fejn reġa’ kien Chidera Okoh li b’daqqa ta’ ras oħra din id-darba minn kross ta’ Failla għeleb lil Sylla għat-tieni darba.
Meta kollox deher li se jerġa jkolna semi finali li tmur għal ħin barrani, is-solitu Enzo Cabrera għaqqad hat-trick personali u post fil-finali għal Birkirkara meta skorja l-gowl deċisiv fit-92 minuta.
