Lokali

“Ewropa li toffri tama” – Roberta Metsola waqt żjara uffiċjali fid-Danimarka

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħadet sehem f’attività organizzata fil-librerija rjali Daniża fejn il-pubbliku kien mistieden biex imur jiddiskuti u jressaq l-ideat lill-President tal-Parlament Ewropew. Hemmhekk, hija saħqet fuq il-bżonn li jitwettqu ir-riformi meħtieġa u li jkun hemm ideat aktar friski dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea.

F’diskors, il-President Metsola spjegat li l-Unjoni Ewropea toffri tama. Dwar is-sigurtà, hija qalet li trid li kull tfajla għandha tħossa sikura f’kull belt u raħal madwar l-Ewropa. Hija qalet li għandu jkun hemm riforma fil-leġiżlazzjoni li tippermetti li l-ekonomija u l-ħarsien tal-ambjent jimxu aktar id f’id.

Il-President Metsola qalet li l-ġimgħa l-oħra, il-Parlament approva waħda mill-akbar liġijiet tal-mandat li jintemm fi żmien sena, b’referenza għalliġijiet relatati mal-klima. Dwar dan, hija qalet li dawn il-liġijiet jagħmlu l-Ewropa fost l-aqwa fid-dinja, u li permezz tagħhom tista tibqa’ tikber l-ekonomija, jinħolqu impjiegi ġodda, waqt li tiġi salvata lpjaneta.

Temmet tgħid li l-Ewropa m’hix perfetta iżda xorta tibqa l-aħjar għażla għall-futur aħjar.

Appellat lil kulħadd biex joħroġ jivvota fl-elezzjonijiet tas-sena id-dieħla, għaliex fi kliemha, “jekk ma tiddeċidix li min trid li jirrapreżentak, se tħalli lil ħaddieħor jagħmel dan għalik.”