Floriana Young Stars kisbu post fil-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out tal-Hockey meta f’semifinali missielta, huma għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 5-4 wara l-penalty shoot-out.
Floriana kienu f’forma mill-aqwa fejn saħansitra marru fil-vantaġġ u kien biss fl-aħħar fażi li Sliema Hotsticks għamlu l-iskor indaqs sabiex marru għal-penalty shoot out.
Fl-ewwel żewġ quarters ma kien skorjat l-ebda gowl għalkemm fit-tielet quarter, Floriana marru fil-vantaġġ permezz ta’ Deemer Rapinett.
Lejn l-aħħar tar-raba’ quarter, Sliema Hotsticks għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Jonathan Borg bil-partita tmur għall-penalty shoot-out bi Floriana jiskorjaw erbgħa darbiet filwaqt li Sliema skorjaw tliet darbiet.
Floriana Young Stars jistennew min se jkun l-avversarju fil-finali meta nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni semifinali bejn Qormi Daikin u White Hart.