Jikkonferma li l-Gvern ma ħariġx tender dwar id-deckchairs f’Kemmuna – Jikkonferma li kumpanija li d-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef hu sieħeb fiha ħa tieħu direct order ta’ €117,000
Minkejja l-logħob bil-kliem u tidwir mal-lewża tal-Ministru responsabbli mill-Air Malta, Clyde Caruana, jidher li dak li sostna ċ-Chairman Eżekuttiv tal-istess linja tal-ajru ….David Curmi…huwa minnu.
L-Air Malta se tagħlaq il-bibien tagħha.
Hekk prattikament ikkonferma l-Erbgħa filgħodu l-Ministru Clayton Bartolo meta kien mistoqsi minn Net News dwar il-linja tal-ajru l-ġdida – linja nazzjonali li mgħottija b’misteru wara l-ieħor.
Mistoqsi ma liema linja tal-ajru l-ħaddiema attwali tal-Air Malta se jkunu qed jaħdmu malli l-post tax-xogħol fejn jaħdmu jagħlaq….Bartolo wieġeb billi qal li l-kumpanija l-ġdida se jkun jisimha AirMalta.
Lura f’Novembru kien ġie indikat li kienet qed titfassal kumpanija tal-ajru bil-għan li aktar ‘il quddiem din ikollha x’taqsam mal-linja nazzjonali futura, u li fuq l-ajruplani żżomm isem l-Air Malta – fi kliem tekniku doing business as Air Malta.
Il-fatt jibqa’ li sal-lum, il-ħaddiema m’għandhomx l-iċken idea fejn u ma min se jkunu qed jaħdmu fl-2024.
Iżda lill-Ministru Clayton Bartolo ma staqsejnihx biss fuq is-saga tal-AirMalta. Għaliex hekk kif ninsabu fuq l-għatba tas-Sajf, bilfors kellna nagħmlu domandi anke dwar is-sitwazzjoni f’Kemmuna.
Wara li sorsi li tkellmu ma’ Net News żvelaw li d-deckchairs li se jkunu qed jinħarġu f’Kemmuna dan is-sajf se jibqgħu għand l-istess operatur għaliex ma ħareġ l-ebda tender mill-Gvern…kien il-Ministru innifsu li tana din il-konferma.
Dan filwaqt li kkonferma wkoll dak li ħareġ fil-Gazzetta tal-Gvern, li x-xogħol fil-Pjazza ta’ Buġibba…xogħol li kien imwiegħed li kellu jitlesta sal-2022 iżda li għadu lanqas biss beda – se jkun qed isir mill-kumpanija XYZ Architecture & Design…li wieħed mis-sħab fiha huwa d-deputat Mexxej tal-Labour Daniel Micallef. Dan kollu b’direct order ta’ €117,000
//= $special ?>