Il-President tal-għaqda Repubblika, Robert Aquilina bagħat ittra lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa biex jagħtu lilu u lill-familtu l-protezzjoni tal-Pulizija. Dan biex Aquilina ma jkollu xejn x’iwaqqfu milli jiżvela affarijiet li għaddejjin f’pajjiżna u b’hekk jeżerċità l-libertà tal-espressjoni.
Ftit tal-jiem ilu, Aquilina ppubblika l-ktieb Pilatus: A Laundromat Bank in Europe fejn żvelat dokumenti dwar dan l-iskandlu.
L-ittra tgħid li huwa obbligu tal-istat li Aquilina jingħata l-protezzjoni, anke fid-dawl li huwa qed jesperjenza fastidju fuq il-midja soċjali. Dan b’biża’ li l-avveniment li rajna jiġru fl-2017 bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għad jirrepetu ruħhom.
L-ittra tkompli tgħid li Aquilina mhux l-ewwel darba li esperjenza theddid fuq ħajtu jew fuq martu u uliedu. Kien għalhekk li Aquilina qal li hemm bżonn li tittieħed azzjoni dwar dan qabel ikun tard wisq.
//= $special ?>