L-Iżvezja u n-Norveġja daħlu f’battibekk diplomatiku wara li wieħed mir-rokits li l-Iżvediżi kienu qed jużaw għal riċerka baqgħet dieħla f’zona dominata bil-muntanji fit-territorju tan-Norveġiżi.
Mifhum li r-rokit żviluppa l-problemi tekniċi wara li telaq miċ-Ċentru Spazjali ta’ Esrange — bil-Korporazzjoni Spazjali tal-Iżvezja ( li qed tmexxi dan iċ-ċentru) titlob skuża lin-Norveġiżi hi u tinvestiga l-inċident.
Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali Norveġiżi qed jidhru urtati għall-fatt li l-Iżvezja ma għarrfithomx formalment dwar l-aħħar żviluppi. Huma qalu li kulmeta jseħħ inċident ta’ dan it-tip hu importanti li l-persuni responsabbli jinfurmaw mal-ewwel lill-awtoritajiet ‘man-naħa l-oħra tal-ftuniera’ permezz tas-sorsi uffiċjali.
//= $special ?>