Internazzjonali

ITALJA: Jitkisser ċirku ta’ kriminalità organizzata

ansa.it. Sicilia

Il-pulizija ta’ Katanja arrestat 25 persuna fuq akkużi ta’ kriminalità organizzata involuta fit-traffikar ta’ immigranti lejn l-Ewropa.

Id-detenuti, fil-biċċa l-kbira tagħhom persuni mill-Guinea u mill-Kosta tal-Avorju, ġew miżmuma f’diversi lokalitajiet Taljani.  Huma kienu membri ta’ organizzazzjoni barranija li torganizza vjaġġi klandestini fil-Mediterran…bil-ħsieb li l-persuni li jużaw dawn ir-rotot jaslu lejn iċ-ċentru tal-Ewropa.

Skont rapporti mill-pulizija fi Sqallija, it-traffikanti kienu jikkuntattjaw lill-immigranti direttament fl-Afrika u dawn minn naħa tagħhom iħallsu aktar minn elf ewro sabiex jaslu fil-pajjiż Ewropew magħżul minnhom.