L-Erbgħa filgħodu saret konferenza dwar il-konvenżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li titratta l-effetti internazzjonali tal-bejgħ b’subbasta ta’ bastimenti li jinqabdu bil-Qorti.
Fis-settur marittimu, is-sidien tal-bastimenti li ma jkunux jifilħu jħalsu d-djun, jkollhom jbiegħu l-vapuri tagħhom sabiex jitħalsu l-kredituri. U għalhekk huwa importanti li min jixtri dawn il-vapuri, ikun jistà jixtrihom mingħajr id-djun.
Net News tkellem mal-avukat Ann Fenech, il-President tal-Kumitat Marittimu Internazzjonali.
“Din il-Konvenzjoni hija importanti għalina hawn Malta għaliex aħna hawn Malta inbiegħu ħafna bastimenti b’subbasta u alura tkun ħaġa tajba ħafna li jkun hemm din il-konvenzjoni ħalli meta jinxtraw dawn il-vapuri, is-sidien il-ġodda jkunu jistgħu jużaw dawn il-bastimenti mingħajr il-biza’ li jerġgħu jiġu arrestati meta jkun qegħdin jagħmlu l-vjaggi tagħhom’
Ann Fenech sostniet li l-għan ta’ dan is-simpożju kien sabiex tinġibed l-attenzjoni dwar l-importanza ta’ din il-konvenżjoni sabiex eventwalment tiġi rattifikata u tifforma parti mil-liġi f’Malta, bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea.
“Din il-konvenzjonihija importanti ħafna għas-settur marrittimu li wara kollox huwa responsabbli – il-bastimenti huma responsabbli għax iħorru 90% tat-trade internazzjonli.”
Preżenti għal din il-konferenża fost l-oħrajn kien hemm id-deputat tal-Partit Nazzjonalista u Kelliem għall-oppozizzjoni għas-settur Marittimu u l-Impjiegi Ivan Castillo, rappreżentanti mill-UNCITRAL, u diriġenti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
//= $special ?>