Lokali Qorti

Kumpens ta’ aktar minn €37,000 wara li tajjar raġel li kien qed isuq mutur

L-Imħallef Toni Abela ordna raġel ta’ 50 sena biex iħallas kumpens ta’ €37,627 wara li l-Qorti kien responsabbli għall-inċident tat-traffiku li fih kienu involuti karozzi u mutur. Bryan David Cassar huwa ħames snin iżgħar Mario Friggieri kien beda proċeduri kontrih fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili b’rabta ma’ inċident tat-traffiku li ġara fit-8 ta’ Awwissu 2017, għall-ħabta tal-10.30pm, f’Ħaż-Żabbar.

Cassar qal xehed li kien qed isuq mutur fi Triq tal-Labour, min-naħa tal-Birgu fid-direzzjoni lejn il-Fgura, meta ntlaqat mill-karozza misjuqa minn Friggieri u sostna li dan baqa’ ħiereġ meta suppost kellu jagħtih id-dritta. Huwa kien spiċċa l-Isptar Mater Dei fejn dam jingħata l-kura tliet ġimgħat kawża tal-ġrieħi gravi li kien sofra.

Wara li ħareġ mill-isptar beda jsofri minn uġigħ fi spalltu u kellu jidħol fi sptar privat fejn ġie operat u kien qed jistenna li ssirlu operazzjoni oħra. Cassar trnna li l-kirurgu li rah qallu li ma setax jibqa’ jaħdem bħala ‘machine setter’, ix-xogħol li kien ilu jagħmel għall-perjodu mhux ħażin.

Semma wkoll li Friggieri kien tressaq il-Qorti ifs-27 ta’ Settembru 2017 fejn ammetta li saq bi traskuraġni u weġġgħu. Friggieri minn naħa tiegħu qal ma kienx qed jikkontesta l-ħtija għall-inċident. Madankollu sostna li l-kumpanija tal-assikurazzjoni li magħha hu assigurat talbet lil Cassar ċertu dettalji biex tipproċessa t-talba għal kumpens u ma weġibhiex.

Wara li sema’ ix-xhieda t-tat-tnejn l-Imħallef Toni Abela rrefera għall-fatt li Friggieri ma kienx qed jikkontesta l-ħtija. Hawn qies diversi fatthri fosthom li Cassar dam tliet xhur wieqaf, li ħallas għal operazzjoni u għandu bżonn oħra. Dwar l-ilment ta’ Friggieri li Cassar għamel l-operazzjoni fi sptar privat biex ma jistenniex fl-Isptar Mater Dei, l-Imħallef għamilha ċara li fuq is-saħħa ma hemm xejn.

“Jekk stennija għall-operazzjoni fl-isptar tal-Istat tista’ raġjonevolment taggrava d-dannu għalhekk il-vittma hija ġustifikata li tirrikorri għas-servizzi privati”, qalet il-Qorti. L-ammont tal-kumpens inħadem l-aktar fuq il-fatt li l-vittma kellu 45 sena meta seħħ l-inċident u li l-kumpanija tal-assikurazzjoni ta’ Friggieri ħallsitu tal-ħsara fil-mutur u mhux għad-danni personali.