Lokali Parlament

L-ekonomija kibret fid-direzzjoni l-ħażina; jeħtieġ bidla fid-direzzjoni

Ivan J.Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna fil-parlament li l-ekonomija kibret fid-direzzjoni l-ħażina u galhekk jeħtieħ bidla dir-direzzjoni u fil-mudell ekonomiku.

Ivan J.Bartolo kkritika lill-Prim Ministru meta qal li ħadd mill-Oppoizzjoni m’hemm ħadd li jifehm fl-ekonomija. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ekonomija Maltija qed tikber iżda fid-direzzjoni l-ħażina u sostna li anki l-President tal-MDA kkonferma dan.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż irid jitratta l-iżvilupp ekonomiku minflok it-tkabbir ekonomiku, li hu biss il-Prodott Gross Domestiku. Hu qal li l-inflazzjoni qed tkompi tikber u hemm faxex tas-soċjetà li qed ibatu.

Għalhekk jeħtieġ enfasi fuq il-kwalità tal-ħajja, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li jeħtieġ investiment f’setturi ta’ kwalità. L-ekonomija bilfors trid tikber lejn il-kwalità fejn l-impjiegi jiżdiedu għal dawk bi dħul ta’ €50,000 u mhux tal-€10,000.

Hu kkrtika l-arrest tal-erba’ żgħażagħ fuq cyber seciurity u appella biex jinbidlu l-liġijiet f’dawn is-settur tal-hackers etiċi. Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn l-erba’ żgħażagħ kellhom jingħataw impjieg u mhux jieħu arrestati għaliex is-serq illum isir b’mod virtwali. Ivan J.Bartolo qal li bank lokali barrani kien interessat li jimpjega lil dawk iż-żgħażagħ waqt li l-pulizija Maltija arrestat lil dawn iż-żgħażagħ.

Hu appella biex isir investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ pro-attiv biex jinbidel il-mudell ekonomiku. Jeħtieġ li l-ħaddiema jkunu mgħejjuna biex iwettqu bidla fil-karriera, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex l-ekonomija m tkomplix tikber fid-direzzjoni l-ħażina.