Il-Gvern ta’ Robert Abela u l-Korp tal-Puizija mmexxi minn Angelo Gafa għandhom id-dmir li jipproteġu lil min irid joħroġ il-verità, anke jekk din ma tkunx togħġob lill-Gvern tal-ġurnata.
Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mat-tħassib tal-poplu li l-Gvern ta’ Robert Abela qisu ma tgħallimx mill-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, li kienet sabet li l-Istat naqas milli jirrikonoxxi l-perikli fil-konfront tagħha.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-Istat għandu l-obbligu li jassigura l-protezzjoni tan-Nutar Robert Aquilina u l-familja tiegħu. F’pajjiż demokratiku, ħadd m’għamdu jħossu insigur għax jiżvela dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż u b’hekk jeżerċita l-libertà tal-espressjoni.
//= $special ?>