Internazzjonali

L-Ukrajna: Telefonata sorpriża bejn Zelensky u Xi Jinping

Il-President tal-Ukrajna, Volodymr Zelensky, ikkonferma li kellu telefonata ‘twila u sinifikanti’ mal-President taċ-Ċina Xi Jinping – b’dan ikun l-ewwel kuntatt telefoniku bejn il-mexxejja mill-bidu tal-invażjoni tal-artijiet Ukreni mill-qawwiet tar-Russja.

Zelensky bagħat messaġġ fuq Twitter fejn esprima tama li t-telefonata – l-istess bħall-ħatra ta’ ambaxxatur (Ukren) għal Beijing – ‘iservu biex jistimolaw ir-relazzjonijiet bilaterali’.

Min-naħa tagħha, iċ-Ċina wkoll ikkonfermat din it-telefonata li ma kenitx mistennija mill-Punent – bil-kelliema f’Beijing isostnu li pajjiżhom hu dejjem ‘fuq in-naħa tal-paċi’.

Madankollu, iċ-Ċina għadha sallum ma kundannatx l-invażjoni tal-Ukrajna u meta Xi Jinping, ix-xahar li għadda, kien għamel żjara uffiċjali fir-Russja biex isostni ‘ir-relazzjoni speċjali’ li teżisti bejn Beijing u Moska.