Futbol Sport

Żabbar St. Patrick jirbħu n-National Amateur Cup b’doppjetta ta’ Oliveira Souza

(Ritratt: Mark Zammit Cordina)

Wara li tliet ijiem ilu rebħħulhom il-partita deċiżiva għal min jitla’ fiċ-Challenge League, Żabbar St. Patrick reġgħu għelbu lil Mġarr United bl-istess skor ta’ 2-0 din id-darba fil-finali tan-National Amateur Cup.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls iż-Żabbarin fetħu l-iskor ftit wara s-seigħa logħob permezz tal-attakkant Brażiljan David Oliveira Souza biex l-istess plejer għaqqad doppjetta personali u ssiġilla r-rebħa fit-80 minuta.

Fit-tmiem il-konfron is-Segretarju tal-MFA Angelo Chetcuti ppreżenta t-trofew tan-National Amateur Cup lil captain ta’ Żabbar St. Patrick Dion Fava.

Ritratt: Mark Zammit Cordina