Ekonomija Lokali

GĦOLI TAL-ĦAJJA: Il-Gvern bla ebda soluzzjonijiet

Anke l-Ministru tal-Ekonomija jammetti li l-inflazzjoni saret mostru. Fi kliemu, dan huwa t-terminu li jużaw l-ekonomisti.

Iżda meta mistoqsi għas-soluzzjonijiet…ebda tweġiba. Għajr għall-fatt li jirrepeti dak li l-Gvern ilu jsemmi snin sħaħ; ebda proposta ġdida.

Net News saqsa lill-Ministru Silvio Schmbri biex jgħidilna kemm hi l-inflazzjoni bħalissa, fid-dawl tal-fatt li l-għoli tal-ħajja qed jolqot direttament lill-familji, il-ħaddiema u l-anzjani Maltin u Għawdxin.

Ir-realtà hi li f’temp ta’ sena l-inflazzjoni f’pajjiżna splodiet ‘l fuq b’mod qawwi immens. Tant li fi 12-il xahar ir-rata tal-għoli tal-ħajja żdiedet minn 4.5% għal 7.1%. Fost l-aktar prodotti affetwati minn żidiet hemm il-prodotti tal-laħam, il-bajd, frott u ħaxix, il-ħalib, il-ħobż, il-ġobon prodotti varji li jinxtraw mis-supermarkets, prodotti tal-ħasil u anke mediċini – dawk kollha għolew fil-prezz tagħhom.