Raġel ta’ 31 sena resident tal-Pietà ammetta li wettaq frodi ta’ benefiċċji soċjali quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella u ġie kundannat 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn. Bjorn Demicoli kien wieħed minn 17-il persuna li kienu ġew akkużati fil-Qorti dwar allegat racket ta’ frodi fl-2022 ta’ benefiċċji li fiha kollha sostnew li qed isofru minn epilessija anke jekk kellhom liċenzja tas-sewqan.
Numru ta’ dawl li tressqu kienu ammettew mill-ewwel l-akkużi miġjubin kontrihom, oħrajn kien ammettew f wara filwaqt li kien hemm min ma ammettiex l-akkużi. Il-persuni ġew investigati għall-ewwel darba f’Settembru li għadda meta uffiċjali fid-dipartiment tas-sigurtà soċjali kienu qed jivverifikaw ċertifikati mediċi sottomessi minn numru ta’ applikanti li talbu benefiċċji għal diżabilità severa.
Numru ta’ ċertifikati kellhom xebh, bl-applikanti għal għajuna kollha ddikjaraw li qed isofru mill-epilessija u kull ċertifikat kien ifformulat f’termini simili. Id-dati biss kienu differenti. Kull ċertifikat jidher ukoll li kien iffirmat u ttimbrat mill-istess konsulent tan-newroloġija.
L-Income Support and Compliance Division fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal irreferiet il-każijiet lit-taqsima tar-reati ekonomiċi tal-pulizija għall-investigazzjoni. Meta mistoqsi mill-pulizija, il-konsulent inkwistjoni qal li qatt ma kien eżamina lil dawk il-pazjenti u li la l-firma u lanqas it-timbru fuq id-dokumenti li ma kienux tiegħu.
Kien qal li ilu ma juża’ dak it-timbru għal dawn l-aħħar sentejn. L-investigaturi mbagħad skoprew li l-applikanti kollha kellhom liċenzja tas-sewqan, minkejja li pazjenti li jbatu mill-epilessija. Dan meta min ibati minn din il-kundizzjoni ma jistax isuq.
L-ispetturi Wayne Borg u Andy Rotin qalu lill-Qorti li l-investigaturi kienu staqsew lin-nies li isimhom deher fuq l-applikazzjonijiet suspettużi qabel ma ppreżentaw akkużi kriminali. Sussegwentement 17-il raġel u mara minn diversi oqsma tal-ħajja ġew akkużati li ffalsifikaw dokumenti biex jitolbu benefiċċju tal-istat li ma kinux intitolati għalih.
Dawn kollha ġew akkużati dan l-aħħar permezz ta’ ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Fil-maġġoranza tal-każijiet, id-diviżjoni tal-konformità rnexxielha timblokka l-proċess tal-applikazzjoni qabel ma tħallsu l-fondi. Oħrajn ħallsu lura l-ammonti sħaħ u oħrajn għadhom jagħtu ammonti varji lid-dipartiment.
George Cremona, direttur fl-Income Support and Compliance Division, xehed fil-Qorti li kienet nfetħet investigazzjoni interna meta ċ-ċertifikati mediċi suspettużi ġibdu l-ewwel l-attenzjoni tal-uffiċjali tad-dipartiment. Qal li l-applikazzjonijiet mibgħuta fuq il-pjattaforma online tad-dipartiment jew fi kwalunkwe hub ta’ servizz.gov, flimkien maċ-ċertifikat mediku rilevanti, ġew ivverifikati regolarment minn bord mediku li mbagħad joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Fl-2022, l-assistenza għal diżabilità severa ssarrfet f’allowance fil-ġimgħa ta’ €109.52 li kienet titħallas kull erba’ ġimgħat bil-quddiem. Xehdu wkoll żewġ speċjalisti tan-newroloġija li l-firma tagħhom dehret fuq iċ-ċertifikati mediċi. “Qatt ma rajt lil dawn il-persuni”, (b’referenza għall-akkużati),” saħaq l-ewwel xhud, li kkonferma li l-kliem, il-firma u t-timbru fuq iċ-ċertifikati kienu foloz.
It-tieni speċjalista kkonferma li l-kliem fuq id-dokumenti kien falz u l-firma kienet “copy u paste” ta ‘verżjoni preċedenti tal-firma tagħha. Kien hemm numru ta’ mmissjonijiet reġistrati fl-ewwel seduta. Fil-każ ta’ Demicoli l-Qorti qalet li kienet qed l-ammissjoni bikrija tiegħu.
Fil-fatt il-Maġistrat Vella qalet li għall-finijiet ta’ piena l-Qorti ħadet in konsiderazzjoni n-natura tar-reati li bihom qed
kien mixli l-imputat u li tagħhom huwa qed jiddikjara li huwa ħati, iżda ħadet in konsiderazzjoni wkoll il-fatt li huwa rreġistra ammissjoni fi stadju relattivament bikri tal-proċeduri u li għandu fedina penali netta.