“Aħna qegħdin hawn sabiex nisimgħukom. Ejjew naħdmu flimkien għaliex aħna bħala Partit Nazzjonalista nemmnu f’politika li fiċ-ċentru tagħha hemm il-Partit Nazzjonalista ma jservix biss bħala Oppożiżżjoni, iżda jagħti vizjoni fit-tul li tagħti serħan il-moħħ lill-ħaddiema u min iħaddem.”
Hekk saħaq id-deputat tal-Partit Nazzjonalista u kelliem għal Għawdex Alex Borg waqt konferenza illi saret il-Ħamis filgħodu f’Għawdex, organizzata mill-Partit Nazzjonalista bit-tema’ ‘Nagħtu s-saħħa lill-ħaddiem.’
Minn naħa tiegħu, id-deputat tal-Partit Nazzjonalista u kelliem għax-xogħol u għas-settur Marittimu Ivan Castillo qal li għall-Partit Nazzjonlista l-impjegati huma fiċ-ċentru tal-politika.
“Il-work life balance tal-ħaddiema Għawdxin mhux qiegħed jiġi appreżat. Il-ħaddiema mhux biss qegħdin jaħdmu għal flus, iżda jridu kundizzjonijiet tajba u ħin mal-familja. Għall-Partit Nazzjonalista, l-interessi tal-ħaddiema jiġu l-ewwel u qabel kollox – u kommessi u se nibqgħu naħdmu sabiex il-vuċi tal-ħaddiema tinstema’ u verament jingħataw dak kollu li jixraqilhom.”
Waqt id-diskors tiegħu, il-president tal-Kumitat Reġjonali tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex Paul Buttigieg qal li pajjiżna għandu jassigura li kull ħaddiem ikollu d-dinjità u l-protezzjoni meħtieġa.
“Huwa tajjeb li niċċelebraw il-ħaddiem, imma l-ħaddiem jistħoqqlu pagi u kundizzjonijiet tajbin iżda fuq kollox dinjitá,” tenna Buttigieg.
“Konvint li ż-żgħazagħ Għawdxin jixtiequ jaħdmu Għawdex, iżda mhux ikollhom biżejjed opportunitajiet sabiex jibqgħu jaħdmu u jgħixu f’art twelidhom.” Paul Buttigieg tkellem ukoll dwar il-ħaddiema li jitħallsu bil-prekarjat. “Hija inġustizzja li għadna ngħixu f’soċjetá fejn żewġ minn nies li jagħmlu l-istess xogħol għadhom jitħallsu b’pagi differenti”
Il-mistiedna li kienu preżenti għal din il-konferenza jirrapreżentaw bosta sferi f’Għawdex fosthom il-Gozo business chamber, il-Kurja f’Għawdex, mill-Gozo Tourism Association, General Workers union u UĦM Voice of the Workers, fejn ġie diskuss il-fatt li impjegat irid jitħallas paga denja għax-xogħol li jwettaq dik magħrufa aħjar bħala l-equal pay for equal work. Ġew diskussi wkoll il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f’pajjiżna hekk kif ir-rappreżentanti minn sferi differenti f’Għawdex qasmu diversi esperjenzi u sfidi li l-membri tagħhom iħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum fil-post tax-xogħol.
//= $special ?>