Internazzjonali

It-Tajlandja: Investigata dwar l-ivvelenar tal-ħbieb …x’aktarx li għal raġunijiet finanzjarji

Il-Pulizija Tajlandiża arrestat mara suspettata li qatlet 12 fost il-ħbieb u kollegi tagħha li mietu kollha vvelenati. Fil-fatt, jidher li nstabu t-traċċi ta’ velenu fil-katavri ta’ ħafna mill-vittmi fost indikazzjonijiet li l-omiċidji ilhom għaddejjin mill-2020.

Il-mara suspettata —  Sararat Rangsiwuthaporn – inżammet taħt arrest f’Bangkok wara li l-awtoritajiet bdew jinvestigaw iċ-ċirkustanzi relatati mal-‘aħħar movimenti’ ta’ ħabiba tagħha li mietet ftit tal-jiem meta kienet qed tivvjaġġa fil-kumpannija ta’ Sararat.

U wara li konkludew diversi investigazzjonijiet, il-pulizija qalu li jissuspettaw li Sararat, qabel, kienet qatlet ħdax-il persuna oħra, fosthom eks-sieħeb tagħha.

Il-mara inkwistjoni qed tinsisti li hi innoċenti  u meta ma ngħatatx il-libertà proviżorja. San waqt li l-pulizija qed jallegaw li hi wettqet l-omiċidji inkwistjoni ‘għal raġunijiet finanzjarji’.