Lokali Qorti

Keith Schembri jgħid li d-Deputati tal-PN kisru d-dritt tiegħu għal smiegħ xieraq waqt il-PAC

L-avukati ta’ Keith Schembri ressqu proċeduri Kostituzzjonali, u sostnew li d-Deputati tal-PN kisru d-dritt tiegħu għal smigħ ġust waqt is-sessjoni tat-Tlieta tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Schembri, eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kien qed jixhed quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi nhar it-Tlieta iżda x-xhieda tiegħu kienet ġiet interotta meta l-avukati tiegħu kienu heddew li jressqu każ Kostituzzjonali.

Dan fid-dawl tat-talba għal investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ foloz li kienu tressqu mill-membri tal-PN tal-kumitat wara l-grilling tal-ġimg[a li għaddiet. Il-membri tal-kumitat tal-PN fil-PAC, id-Deputati Darren Carabott, David Agius u Graham Bencini, qabel is-seduta, talbu formalment li ssir investigazzjoni tal-pulizija dwar dik li qalu li kienet xhieda falza ta’ Schembri, kif ukoll l-eks ministru tal-finanzi Edward Scicluna u l-eks deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio. Valletta.

It-talba kienet saret wara li l-membri tal-Oppożizzjoni fi ħdan il-PAC rrimarkaw li kien hemm għadd taż kontradizzjonijiet fit-testimonjanzi ġuramentati dwar il-kuntratt tal-Electrogas li kienu saru mit-tliet xhieda fil-kumitat u, qabel, għall-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fix-xhieda tiegħu quddiem il-PAC il-ġimgħa li għaddiet, Schembri kien ċaħad dak li kien qal Edward Scicluna li l-pjanijiet ta’ power station tal-LNG kienu ttieħdu minn klikka ta’ nies ta’ ġewwa li kien iddeskriva bħala “kitchen cabinet”, u qal li Scicluna kien ikun involut f’kollox f’dak li għandu x’jaqsam ma’ deċiżjonijiet ewlenin fir-rwol tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi.

Schembri qal lill-PAC li l-kumment ta’ Scicluna li ma kienx involut fl-ippjanar jew deċiżjonijiet dwar il-cosings tal-impjant tal-LNG, ma tagħmilx sens. “Kien involut”, qal Schembri, “naturalment sew u bilfors kellu jkun, flimkien mas-segretarju permanenti Alfred Camilleri.

Ma kienx hemm l-ebda “kitchen cabinet” qal Schembri. Fir-rikors Kostituzzjonali li ppreżentaw l-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo, Schembri qed jargumenta li d-dritt tiegħu għal smigħ ġust kien inkiser meta l-MP Carabott, li kien qed jippresiedi l-laqgħa tal-PAC, ma kienx ħalla lil Schembri jitlob ruling mill-Ispeaker, li kien issospendi x-xhieda tiegħu sal-konklużjoni tal-investigazzjoni kriminali li kienu talbu Carabott, Agius u Bencini.

Lanqas it-tliet Membri Parlamentari tal-PN ma rrikużaw ruħhom mid-deċiżjoni fuq it-talba ta’ Schembri, “minħabba l-kunflitt ta’ interess manifest tagħhom,” qalu l-avukati li żiedu li dan kiser il-prinċipju li ma jiġġudikawx każ meta kellhom interess fl-eżitu tiegħu. “Mhux biss ma rrikużawx lilhom infushom… iżda bblukkaw, b’kull mod possibbli, kull opportunità għal rimedju mitlub minn Schembri.”

B’hekk, qalu l-avukati ta’ Schembri, il-Membri Parlamentari kienu abbandunaw il-pożizzjonijiet tagħhom bħala membri ta’ kumitat imparzjali favur li jagħmlu lilhom infushom ilmentaturi kontra persuna li kienet qed tixhed quddiemhom, billi ressqu ilment kriminali prematur qabel ma tkun spiċċat ix-xhieda.

Iċ-ċirkostanzi partikolari tal-inċident kienu taw lok għal sitwazzjoni “probabbilment bla preċedent” fejn xhud kien ġie ordnat jixhed quddiem il-PAC fil-bini tal-Parlament, mogħti l-ġurament mill-President tal-PAC, wieġeb għal kważi erba’ sigħat ta’ mistoqsijiet li saru. lilu minn tliet membri tal-istess PAC, li kienu talbu f’isimhom investigazzjoni tal-pulizija fuq ix-xhud, qabel ma spiċċa jixhed u fuq kollox, xhud li kien ilu jitlob għall-protezzjoni tal-Ispeaker tal-Kamra.

Dan billi talab lill-President tal-PAC biex jirreferi t-talba tiegħu għal sospensjoni tax-xhieda sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet tal-pulizija. “L-intimati, fil-pożizzjoni privileġġata ta’ poter tagħhom, abbużaw minn din il-pożizzjoni huma stess bdew investigazzjoni kriminali fuq xhud li kien għadu qed jixhed quddiemhom u dan mingħajr ma kkonsultaw mal-bqija tal-Kumitat Permanenti jew poġġew dan għall-vot.”

L-avukati ta’ Schembri saħqu li hu ma kienx invoka d-dritt tiegħu għas-silenzju biex jevita l-awtoinkriminazzjoni, iżda minflok, wieġeb erba’ sigħat ta’ mistoqsijiet. “Bl-imġieba politika li wettqu, l-akkużati naqqsu istituzzjoni importanti għar-redikolu… u wrew biċ-ċar li l-interess tagħhom ma kienx tant l-infiq pubbliku li suppost kienu qed jiskrutinizzaw, iżda aktar dak li jġibu punti politiċi metaforiċi.”

Ir-rikors jitlob lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha biex tiddikjara li Carabott, Agius u Bencini kisru d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, kif ukoll biex tiddikjara li l-Ordnijiet Permanenti tal-Parlament ma jipprekludux xhud quddiem kumitat parlamentari minn tfittex il-protezzjoni tal-Ispeaker.

Titlob ukoll lil Darren Carabott, David Agius, Graham Bencini, kif ukoll l-Avukat tal-Istat u Speaker tal-Kamra, biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jissospendu x-xhieda ta’ Schembri sakemm tiġi konkluża l-investigazzjoni kriminali mitluba dwar xhieda falza.