Investigazzjoni mis-Safeguarding Board tal-Malta Football Association ma sabitx biżżejjed evidenza biex tipprova l-allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali fil-konfront tal-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia. L-investigazzjoni ma sabitx lanqas biżżejjed evidenza biex tkun ippruvata l-allegazzjoni ta’ grooming.
Madankollu, l-investigazzjoni sabet biżżejjed evidenza biex tipprova l-allegazzjoni li aġixxa b’mod mhux xieraq.
Fid-dawl ta’ dan, il-Bord iddeċieda li Mangia għandu jiġi sospiż temporanjament minn kull attività relatata mal-futbol f’Malta, sakemm jibda kors ta’ għarfien dwar il-komportament u ż-żamma tad-distanza f’ambjenti professjonali. Dan il-kors għandu jlestih f’mhux aktar minn sitt xhur u jrid ikun wieħed rikonoxxut mill-Bord.
Din id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata.
Devis Mangia kien ġie mneħħi mill-kariga b’mod temporanju mill-Assoċjazzjoni fil-25 ta’ Settembru 2022 u sussegwentement irriżenja fis-7 ta’ Novembru 2022.
//= $special ?>