Diversi Żabbarni ma jistgħux jifhmu għaliex Triq l-Iskola ilha aktar minn sena mingħajr is-sinjali mal-art, b’detriment għar-residenti stess u s-sewwieqa li jużaw din it-triq.
Ix-xogħol fuq Triq l-Iskola kien tlesta aktar minn sena ilu, iżda fit-triq ma saru ebda zerba crossings, ebda linji għall-parkeġġ, u lanqas linji sofor jew stop signs. Dan qed iwassal biex b’mod regolari iseħħu inċidenti f’din it-triq.
“Toroq oħra f’Ħaż-Żabbar li tlestew ftit tal-ġimgħat ilu diġa’ għandhom road markings, u aħna intesejna kompletament”, qaltilna waħda mir-residenti. Anzjan li joqgħod f’din l-istess triq stqarr magħna li huma ilhom jilmentaw mal-Kunsill Lokali, iżda ma ġara xejn.
L-unika sinjali li dehru fit-triq – li hi twila 540 metru – kienu quddiem garaxx u residenza partikolari fejn saru l-linji s-sofor. Dan ukoll qajjem ħafna rabja fost ir-residenti.
//= $special ?>