Numru ta’ dermatoloġisti urew it-tħassib tagħhom għall-fatt li ma jistgħux jagħtu t-trattament meħtieġ lill-pazjenti li għandhom l-iscabies. Dan minħabba li l-mediċini jinsabu out of stock – liema mediċini ilhom nieqsa għal tmien ġimgħat sħaħ.
Kien proprju fil-bidu ta’ April li l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dermatoloġija flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċini fis-Settur Pubbliku appellaw lill-Gvern kif ukoll lill-awtoritajiet konċernati sabiex tissolva din il-problema immedjatament u f’pajjiżna jkun hawn provvista ta’ mediċini li jfejqu din l-infezzjoni.
Saħqu li hija r-responsabbiltà tal-Gvern u tal-Awtoritajiet tas-Saħħa li jipproteġu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Iżda issa għadda kważi xahar u din il-problema għadha qed tippersisti.
Għall-bidu kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa kien qalilhom li l-mediċini jinsabu disponsibbli u li l-istock il-ġdid se jitqassam dalwaqt.
Iżda sa issa… l-pazjenti għadhom qed jistennew.
Iż-żewġ assoċjazzjonijiet qalu li pajjiżi oħra Ewropej mhux qed jaffaċċjaw nuqqas ta’ mediċini li jfjequ din l-infezzjoni.
Fl-ewwel tliet xhur tas-sena kien hemm total ta’ 64 każ ta’ scabies li hija infezzjoni li taffettwa l-ġilda u li tittieħed relattivament f’qasir żmien, permezz ta’ kuntatt bejn il-persuna u oħra kif ukoll permezz tal-użu tal-istess oġġetti. Apparti din il-mediċina…. Bħalissa f’pajjiżna għandna madwar 23 mediċina out of stock.
//= $special ?>