Żagħżugħ bi problema ta’ droga residenti l-Kalkara tressaq il-Qorti mixli bi vjolenza domestika fl-istess lokalità fil-konfront ta’ ommu u ħutu. Jean Claude Cassar li qal fil-Qorti li bħalissa qed jgħix il-Marsa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Id-difiża għamlet talba għall-pleġġ bil-prosekuzzjoni toġġezjina għax qalet li għad iridu jixhdu tliet mill-membri tal-familja tiegħu u peress li l-problema tad-droga tigeħu hija waħda kbira.
Minn dak li ħareġ fil-Qorti allegatament Cassar kisser xi għamara u oġġetti oħra li jinkludu magna tal-kafè, mejda tal-kċina, cooker, televiżjoni, erba’ vażuni, freezer tal-kċina u air fryer. Waqt l-inċident ommu spiċċat imwerwra. Hareġ ukoll li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq żewġ ħutu subien, iżgħar minnu, ta’ 26 u 21 sena rispettivament.
Huwa ġie mixli wkoll li kkaġuna biża fost ommu u ħutu, dik li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħhom. L-Ispettur Colin Sheldon tenna wkoll li kien issa li Cassar ftakar li għandu indirizz fil-Marsa. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest għax mhux biss għax iridu jixhdu x-xhieda prinċipali imma għax id-dipendenza fuq id-droga ma tagħmlux persuna affidabbli li joqgħod għall-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
Hi rrakomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex minħabba l-problema tad-droga jitqiegħed fit-Taqsima forensika ta’ l-isptar Monte Carmeli.
//= $special ?>