Niġerjan ta’ 37 sena ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li darab ħafif koppja f’San Pawl il-Baħar, bil-Qorti timponi wkoll ordni ta’ trażżin għall-perjodu ta’ tliet snin. Madankollu l-Prosekuzzjoni qalet li Osas Omoregbe se jintbagħat lura l-Italja minn fejn ġie.
In-Niġerjan li m’għandux indirizz fiss, iżda għandu dokument tal-identità Taljana, ammetta li nhar it-Tlieta darba ħafif raġel u t-tfajla tiegħu u li fl-aħħar jien ta fastidju lill-istess mara. Dakinhar tal-inċident, l-għarus tal-mara kien akkumpanja lilha għax-xogħol wara li kienet ilmentat mill-fastidju. Meta Omoregbe mar il-ħanut, inqalgħet ġlieda li fiha kemm il-mara kif ukoll l-għarus tagħha weġġgħu ħafif.
Ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied. Fuq ammissjoni tiegħu stess il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabitu ħati u wara li rat li għandu kondotta nadifa kkundannatu għal sentenza sospiża ta’ ħabs. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Warren Galea.
//= $special ?>