Sport Sport Ieħor

Table Football: Valletta Lions jieħdu sehem fil-Golden Grand Prix fil-Belġju

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Valletta Lions TFC ħadu sehem fil-Golden Grand Prix ta’ Flanders f’Mehelen, il-Belġju.

It-tim kien magħmul minn Frank Chetcuti Dimech, Melvin Barun u Isaac Sam Camilleri u kienu akkumpanjati mill-plejers barranin Patrick, Chantal u Martijn De Jong, Henk Landzaat u Elliott Dieu D Bellefontaine.

Is-Sibt intlagħabu l-avvenimenti individwali fejn kull plejer kellu wirja relattivament tajba fejn kollha għaddew mill-gruppi rispettivi tagħhom iżda fallew fil-kwarti finali. Fid-diviżjoni femminili, Chantal De Jong, iżda rnexxielha tispiċċa fit-tielet post, kif għamel Isaac Sam Camilleri li pparteċipa fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena.

Nhar il-Ħadd, il-Lions ħadu sehem b’żewġ timijiet fl-avveniment tat-timijiet.

Tim B, li kien magħmul minn Isaac Sam Cmilleri, Chantal u Martijn De Jong, kellu wirja tajba ħafna kontra timijiet formidabbli, iżda ma rnexxilux jgħaddi mill-fażi tal-gruppi. Tim A, li kien magħmul minn Frank Chetcuti Dimech, Melvin Barun, Patrick De Jong, Henk Landzaat u Elliott Dieu D Bellefontaine, irnexxielu jgħaddi għall-kwarti finali fejn tilef 3-1 kontra r-rebbieħa eventwali tat-tournament, FTC Caen. .

L-impenn li jmiss għal Valletta Lions se jkun fi tmiem il-ġimgħa fil-Grand Prix ta’ Bormla.