Il-Malta Blackball Federation organizzat l-ewwel kampjonat nazzjonali tan-nisa. Disa’ plejers qed jieħdu sehem f’dan il-tournament li huma Lorna Micallef, Donna Bugeja, Alesia Cassano, Ana Thomas, Roberta Cutajar, Caroline Grech, Triziane Farrugia, Marie Stiven u Vanessa Tedesco.
Fl-ewwel ġurnata ta’ logħob spikkat Roberta Cutajar li tinsab fl-ewwel post tal-klassifika b’punti massimi wara rebħiet ta’ 6-4 kontra Donna Bugeja u 6-2 kontra Lorna Micallef.
Caroline Grech tinsab fit-tieni post b’rebħa u draw wara li għelbet 6-4 lil Ana Thomas u draw ta’ 5-5 kontra Donna Bugeja.
Alexia Cassar iddominat il-konfront kontra Lorna Micallef li rebħet 6-0, Triziane Farrugia għelbet 6-3 lil Vanessa Tedesco, l-istess kif għamlet Ana Thomas kontra Triziane Farrugia.
Il-kompetizzjoni tkompli fit-3 ta’ Mejju fejn jintlagħabu t-tielet u r-raba’ round tal-Kampjonat.