Żebbug u Għaxaq jibqgħu minghajr telfa wara t-tielet ġurnata tal-kampjonat bi tliet rebħiet kull wiehed filwaqt li Qormi San Bastjan, Birżebuġa u Lija jibqgħu mingħajr rebħa.
F’partita kumbattuta li damet kważi tliet siegħat u nofs, Żebbuġ ħarġu rebbieħa bil-punteġġ ta’ 21-15 kontra Żurrieq. Kienet partita bilanċjata li f’ħinijiet minnhom ir-riżultat kien 15-15, Biż-Żebbuġin jagħmlu żewġ ġugati u jirbħu l-logħba biex b’hekk baqgħu f’ras il-klassifika mat-tim ta’ Għaxaq.
Għaxaq ġewwa darhom għelbu l-isfida ta’ Lija bil-punteġġ ta’ 21 ma 15 fejn din ukoll kienet partita sabiħa bl-Għaxqin jiksbu t tilet rebħa min tlieta.
Buġibba faċilment barra minn darhom għelbu lit-tim ta’ Qormi San Bastjan 21-8 biex ħallew lil Qormi fl-aħħar post tal klassifika mingħajr rebħa.
Birkirkara kisbu l-ewwel punt tagħhom barra min darhom meta għelbu lit-tim ta St. Peters Boċċi Klabb Żabbar 21 ma 15.
F’konfront ieħor bejn Marsamxett u Birżebbuġa kienu l-Beltin li ħarġu rebbieħa bil-punteġġ ta’ 21-14, biex b’hekk kisbu l- ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun.
Msida, wara li fetħu l istagun b’telfa, ġewwa darhom taw l ewwel telfa lit-tim ta’ Birgu bil-punteġġ ta’ 21-8, biex kisbu t- tieni rebħa konsekutiva u issa għandom żewġ punti u żammew il-pass ma’ ta’ fuq fit-tentattiv li jidefendu t-titlu li rebħu s-sena l-oħra.
//= $special ?>