Meta ntlagħabet it-tielet ġurnata tal-Kampjonat Premier tal-Malta Darts Association, Enrico Scerri, Tony Borg u Althea Ciantar, komplew bis-serje pożittiva tagħhom.
Enrico Scerri kiseb żewġ rebħiet ta’ 4-2 kontra Godfrey Abela u Kevin Spiteri filwaqt li Tony Borg għeleb lil Kevin Aquilina 4-3 u George Ebejer 4-1.
Norbert Attard rebaħ l-uniku logħba tiegħu kontra George Ebejer 4-2 b’Gordon Stanmore li wara li rebaħ 4-1 lil Omar Aquilina tilef 4-2 kontra Kevin Spiteri.
Fil-kategorija tan-nisa, kompla d-dominju ta’ Althea Ciantar li rebħet 4-0 lil Pauline Tonna u Marconia Zammit.
Wara li Liliana Abela tilfet 4-3 kontra Marconia Zammit, għelbet lil Pauline Tonna 4-0.
//= $special ?>