Fi Stadio Artemio Franchi, draw ta’ mingħajr gowls kontra Cremonese kien biżżejjed għal Fiorentina biex jgħaddu għall-finali tal-Coppa Italia. Wara r-rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom fl-ewwel leg, il-Viola kienu kważi ċerti minn post fil-finali ta’ din is-sena.
Ftit azzjonijiet fejn Cremonese rari impenjaw serjament lil Pietro Terracciano u daqstant ieħor Fiorentina lil Afena Gyan. Rebbieħa tal-Coppa Italia sitt darbiet, Fiorentina l-aħħar success li kellhom kien lura fl-2001
Il-finali tal-edizzjoni ta’ din is-sena bejn Inter u Fiorentina tintlagħab fl-24 ta’ Mejju fi Stadio Olimpico ta’ Ruma.
//= $special ?>