Żagħżugħ ta’ 25 sena mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuqu ammont ta’ madum li kien qed jittella’ f’residenza f’Ta’ Kerċem.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-0730 tal-Ġimgħa filgħodu fi Tri Ġuże Flores meta għal xi raġuni waqa’ l-madum għal fuqu.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żagħżugħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’urġenza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>